L-Erbgħa ta’ l-Irmied:
Issa li għamilna s-sinjal tas-salib bl-irmied, Mulej,
se nieħdu d-deċiżjoni quddiem kulħadd
li nitilqu u nibdew
il-mixja tal-konverżjoni!
Erbgħin jum m’humiex biżżejjed
għax irridu ż-żmien
biex niffurmaw il-qalb u n-natura
skond l-ispirtu tal-vanġelu!
Se nitilqu, għal darb’oħra,
konxji tad-dgħjufijiet tagħna,
imma moħħna mistrieħ
mill-appoġġ tiegħek,
b’fehma soda
li naddattaw l-imġieba
u d-deċiżjonijiet tagħna
għall-imħabba li int xettilt fina
u li issa qed titlobna niżirgħu fl-umanità.
Ejja magħna, Mulej!
Mingħajrek, kif nistgħu nibqgħu sodi
fil-mixja bil-lajma tagħna lejn id-dawl?