L-Erbgħa 3 ta’ April l-Arċisqof Charles Scicluna mexxa l-pellegrinaġġ ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Il-pellegrinaġġ beda mill-Kappella ta’ San Klement u, wara waqfa qasira ta’ talb fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina, baqa’ sejjer sal-Knisja ta’ San Girgor.