-
Bejn is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2017 l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija, Burmarrad.
Waqt il-Viżta Pastorali, l-Arċisqof kellu l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal, l-adolexxenti, il-familji żgħażagħ u l-patrijiet Franġiskani Konventwali tal-parroċċa. Mons. Arcisqof iltaqa’ wkoll mal-komunità ta’ Burmarrad waqt laqgħa soċjali fil-każin tal-futbol ta’ Burmarrad F.C.
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja