-
Salm 121
-
Salm 121
Il-Mulej jgħasses fuqna
1 Għanja tat-Telgħat.
Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet;
mnejn se tiġini l-għajnuna?2 L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej,
li għamel is-sema u l-art.3 Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor;
ma jongħosx dak li jħarsek.4 Ara, la jongħos u lanqas jorqod
dak li jħares lil Iżrael.5 Il-Mulej hu dak li jħarsek;
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.6 Ma tolqtokx ix-xemx binhar,
anqas il-qamar billejl.7 Iħarsek il-Mulej minn kull deni;
hu jħarislek ħajtek.8 Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek,
minn issa u għal dejjem.