• Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Lulju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P ser jordna seba’ saċerdoti ġodda (tlieta djoċesani u erba’ reliġjużi) waqt Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fis-6:30 p.m. Is-seba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

    Rev. Christian A. Borg OFM Conv,
    Rev. David Cortis OSA,
    Rev. Luke Cutajar mill-Parroċċa tar-Rabat,
    Rev. Clinton Farrugia MSSP,
    Rev. Joseph Formosa OFM Conv,
    Rev. Brian Gialanzè mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa,
    Rev. Paul Mizzi mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan.

    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni u biex jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati nhar it-Tlieta.

    Aktar informazzjoni dwar is-seba’ djakni tista’ tinkiseb mill-website: http://web.ordination2014.info

  • Ritratt: Brian Bunce