Se jkun qed jiġi organizzat seminar għall-pubbliku ffukat fuq il-prevenzjoni tas-suwiċidju u s-saħħa mentali. Is-seminar, immexxi minn DRACHMA, se jsir nhar it-Tnejn, 4 ta’ Diċembru, fis-7pm, f’Mount St Joseph, Tarġa Gap, il-Mosta.

Is-seminar qed jiġi organizzat peress li Drachma LGBT u Drachma Parents huma mħassba dwar iż-żieda fin-numru ta’ suwiċidji li qed isiru fil-gżejjer Maltin. Huma jinsabu konxji wkoll żmien il-Milied jista’ jkun żmien diffiċli għal dawk li għaddejjin minn sfidi mas-saħħa mentali.

L-avveniment li hu bla ħlas, se jospita diversi kelliema fosthom Dr Mark Xuereb, Colette Farrugia Bennett u Dr Gabriele Ellul, u mmoderat minn George Cassar. Kull min jattendi se jkollu l-opportunità li jistaqsi l-mistoqsijiet tiegħu.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil DRACHMA fuq [email protected] u [email protected] jew ċempel fuq 79253875 jew 99454581.