“Sena ġdida toffri opportunità lill-bniedem biex jibda mill-ġdid.” Hekk qal l-Arċisqof ta’ Malta Mons Pawlu Cremona OP f’kumment li ta lil IL-ĠENSillum online ilbieraħ dwar is-sena l-ġdida.
Mons Arċisqof qal li għandu żewġ riżoluzzjonijiet għall-2012: li jkompli jkun ta’ servizz għall-poplu Malti u li jkompli jimtela bil-barka tal-Mulej. Sostna li bħala persuna, Nisrani u saċerdot “nixtieq nissaffa u nimtela bil-barka tal-Mulej biex inkun nista’ naqdi lill-oħrajn”.
Mons Cremona qal li fil-ħatra tiegħu bħala Arċisqof kien wiegħed li kien se jagħti lilu nnifsu kollu kemm hu lis-soċjetà u beħsiebu jkompli jżomm din il-wegħda.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com