Bħala parti mill-Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, illejla fis-6:30pm, se jsir Servizz Ekumeniku bis-sehem ta’ diversi Knejjes Insara f’Malta. Is-servizz se jitmexxa mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi filwaqt li r-riflessjoni biblika se ssir minn Pastor Earl Pingston fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta.

Is-servizz ekumeniku se jixxandar għada s-Sibt 22 ta’ Jannar fis-7pm fuq Knisja.mt, il-paġna ta’ Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u Newsbook.com.mt.

Kulħadd hu mħeġġeġ jitlob għall-għaqda fost l-Insara.