Se jsir Servizz Ekumeniku f’waħda mill-ġranet wara Pentekoste. Għid il-Ħamsin hija l-festa li mhux biss tfakkar it-twelid tal-Knisja, imma wkoll fiha naraw moviment mill-pluralita’ għall-unita’: fi kliem ieħor, il-ħafna jingħaqdu f’ġisem wieħed. Huwa għalhekk xieraq li f’dawn il-jiem inkomplu nitolbu għall-għaqda fost il-Knejjes nsara.
Għal dan il-għan se jsir Servizz Ekumeniku mniedi mill- Christians Together in Malta – Malta Ecumenical Council, flimkien mal-Kummissjoni Diocesana Ekumenika. Is-Servizz sa jsir fil-Knisja tal-Monasteru ta’ Sant’Ursola, il-Belt Valletta, nhar il-Ħamis 31 ta’ Mejju fis-6.30 p.m. It-tema hija “We are one in the Spirit”- Aħna ħaga waħda fl-ispirtu. Se jmexxi ċ-ċelebrazzjoni Fr Jeffrey Williams mill-Anglican Chaplaincy ta’ Malta u ta’ Għawdex. Il-ħsieb tal-okkażjoni se jsir minn Dun Mark Sultana.
Kulħadd huwa mistieden. Is-servizz ma jdumx aktar minn siegħa.