Bejn l-Erbgħa 18 u l-Erbgħa 25 ta’ Jannar se tkun iċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. Għal din il-għan se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan nhar il-Ħamis 19 ta’ Jannar fis-6.30p.m., f’St Paul’s Pro-Cathedral (tal-Anglikani), il-Belt Valletta.

Is-servizz ta’ talb, li jdum madwar siegħa, se jitmexxa mill-Kanċillier ta’ St Paul’s Pro-Cathedral, Canon Simon Godfrey. Ir-riflessjoni ta’ din is-sena se ssir mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. It-tema ta’ din is-sena hi: “Aħna lkoll nitbiddlu bir-rebħa permezz ta’ Sidna Ġesu’ Kristu” (1 Kor 15:51-58).

AGĦFAS HAWN biex tniżżel il-ktejjeb imħejji mill-Kummissjoni Ekumenika tal-Knisja f’Malta fl-okkazjoni tal-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara.