L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu lill-pubbliku għall-iskambju tal-awguri tal‑istaġun, nhar il‑Ħadd 22 ta’ Diċembru bejn l‑10am u nofsinhar, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.
Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il‑bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja. Dakinhar, għall‑ħabta tal‑10:15am, l‑Arċisqof iwassal messaġġ lil dawk preżenti.