F’komunikat li ħarġet it-Tnejn, is-Santa Sede qalet li l-President tat-Tribunal tal-iStat tal-Vatikan, Giuseppe della Torre, ħareġ digriet li jistabbilixxi li l-ewwel smigħ fil-każ tal-ġuri ta’ Paolo Gabriele u Claudio Sciarpelletti, se jsir is-Sibt 29 ta’ Settembru fid-9.30am. Iż-żewġ akkużati se jgħaddu ġuri wara direzzjoni mogħtija fit-13 t’Awwissu mill-Maġistrat li eżamina l-każ. Is-smigħ se jsir fl-awla tal-udjenzi tat-Triunal fil-Vatikan. Il-partijiet konċernati kienu mgħarrfa b’dan permezz ta’ digriet.