Nhar it-Tlieta 12 ta’ April, 2011,  fis-6.30 p.m. ser tiġi organiżżata taħdita dwar Sr Enrichetta Alfieri, soru tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antida li għal 30 sena ħadmet fil-ħabs San Vittore ta’ Milan u li ser tkun ibbeatifikata f’Ġunju li ġej. Sr Enrichetta Alfieri hija magħrufa għar-riskji li ħadet sabiex tgħin lill-Lhud ħalli ma jiġux maqbuda, arrestati u maqtula min-Nażisti. Spiċċat maqbuda u mixħuta f’ċella fl-istess ħabs fejn stinkat bla heda fl-appostolat tagħha.

Din it-taħdita ser issir bit-Taljan minn Sr Anna Antida Casolino, il-Postulatriċi tal-Kongregazzjoni tagħna. Il-post huwa id-Dar Provincjali, Ħal-Tarxien (dħul minn 51, Tarxien Road, Tarxien, ħdejn l-iskola sekondarja Immaculate Conception).