-
Bi qbil mal‑Provinċjal tal‑Patrijiet Agostinjani, Patri Leslie Gatt, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ddeċieda li Patri Deo Debono, Agostinjan, ma jibqax kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta, u ma jeżerċitax il‑ministeru saċerdotali fil‑pubbliku sakemm jibqgħu pendenti l‑investigazzjonijiet tal‑pulizija u kwalunkwe proċedura quddiem il‑Qrati Ċivili. Dan b’rabta mal‑allegazzjonijiet li ġew irrappurtati fil‑media fil‑konfront tal‑istess patri.