• L‑Uffiċċju Komunikazzjoni jirreferi għall‑artikli ppubblikati fil-midja f’dawn l‑aħħar 48 siegħa dwar Dun Felix Cini, saċerdot ta’ nazzjonalità Maltija inkardinat fid‑Djoċesi ta’ Grosseto, l‑Italja. Fid‑dawl tal‑kunsiderazzjonijiet li tqajmu, qed issir din il‑kjarifika fl‑aħjar interess tal‑komunità.

    1. Fl‑2008, sar proċess kanoniku mis‑Santa Sede li ddetermina li Dun Cini ma ngħatax il‑piena li twassal għat‑tkeċċija mis‑saċerdozju u għalhekk jibqa’ saċerdot tal‑Knisja Kattolika. Dan il‑proċess sar wara li huwa għamel programm terapewtiku residenzjali ta’ sentejn fl‑Italja.
    2. F’Diċembru 2014, fuq talba mill‑Isqof ta’ Grosseto, Dun Cini rritorna Malta biex jgħix ma’ u jieħu ħsieb lil ommu.
    3. Fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Dun Cini ma tħalliex jeżerċita l‑ministeru tiegħu, la jkun f’kuntatt ma’ minuri u lanqas jaħdem fl‑ebda parroċċa. L‑arċipriet tal‑parroċċa kien ukoll infurmat dwar dan.
    4. F’xi okkażjonijiet, Dun Cini talab li jingħata l‑permess li jikkonċelebra fil‑Quddiesa. Dan ingħata biss f’ċirkustanzi partikolari bħalma huma funerali ta’ qraba u ġirien, u okkażjonijiet speċjali. L‑aħħar Quddiesa li ħa sehem fiha bħala konċelebrant kienet f’Mejju 2018. Rapporti fil-media li Dun Felix Cini huwa “saċerdot full‑time” huma foloz.
    5. Is‑Safeguarding Commission, li qed issegwi s‑sitwazzjoni mill‑qrib, bħalma tagħmel f’kull sitwazzjoni fejn jitqajjem kull tip ta’ tħassib, tħeġġeġ lil kull min jaf b’reat biex jirrapporta direttament lill‑Pulizija. Kull min għandu xi tħassib dwar persuni involuti fil‑Knisja jista’ wkoll jirrapporta lis‑Safeguarding Commission fuq [email protected].

    2