B’referenza għas-saċerdot li tressaq il-Qorti llum, 3 ta’ Settembru 2020, is-Safeguarding Commission ħadet l-azzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju, biex jiġu mħarsa l-partijiet kollha u għaddiet dan il-każ lill-Pulizija għall-investigazzjoni. Il-Kummissjoni timxi mal-prinċipju li kull persuna hija innoċenti sakemm tinstab ħatja.
Il-Kummissjoni tal-Knisja tħeġġeġ lil kull min jaf b’xi allegat każ ta’ abbuż biex jirrapporta direttament lill-Pulizija u biex jikkuntattja lis‑Safeguarding Commission fuq [email protected].