Intervista ma’ Monsinjur Stephen Rossetti
Mons Rossetti qal li s-saċerdoti, b’mod ġenerali, huma fost l-iktar membri ferħana tas-soċjeta, u kontra l-opinjoni sekulari, ħafna minnhom jabbraċċaw iċ-ċelebat tagħhom bħala aspett pozittiv tal-istess vokazzjoni tagħhom. Dawn kienu wħud mill-konkluzjonijiet li Mons Rossetti għamel fil-ktieb tiegħu “Why priests are happy”, pubblikazzjoni ta’ Ave Maria Press mnedija fl-aħħar jiem.
L-awtur li bħalissa qed jokkupa l-kariga ta’ ko-dekan għal programmi ministerjali u għas-seminarju fl-Universita Kattolika Amerikana. Pubblikazzjonijiet oħra tiegħu jinkludu “Born of the Eucharist”, “The Joy of Priesthood” u “When the Lion Roars”. Bħala psikologu liċenzjat, Mons Rossetti ħadem ukoll fl-irwol tiegħu bħala President u Kap Ezekuttiv tal-Istitut San Luqa, Ċentru edukattiv u ta’ trattament lill-kleru u reliġjuzi.
Fl-aħħar pubblikazzjoni tiegħu, iddur ma’ studju li huwa għamel fost 2,500 saċerdot, u li permezz tiegħu għamel sejbiet li qal li s-soċjeta moderna se ssib interessanti u jaf issib ukoll sorprendenti.
F’intervista mal-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kattoliċi Zenith, Mons Rossetti spjega uħud mis-sejbiet li għamel, inkluz ir-relazzjoni bejn il-kuntentizza tas-saċerdot u r-relazzjoni tiegħu m’Alla u mal-oħrajn; kif ukoll is-sinjali ta’ tama quddiem il-ġejjieni tas-saċerdozju.
Xi punti saljenti fis-sejbiet li għamel u li tkellem dwarhom fl-intervista jinkludu dawn;
- 92.4% tas-saċerdoti huma kuntenti
- Għall-kuntrarju ta’ dak li jaħsbu ħassieba sekulari llum, r-reliġjon u l-espressjoni tal-fidi huma vitali għal din il-kuntentizza fis-saċerdoti u l-bqija tal-insara – li ġejja mill-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Tibqa’ sfida ewlenija u qawwija quddiem is-sekularimu li jrid bħal iġiegħlek taħseb bil-kontra – li r-reliġjon hija ripressiva għal-liberta vera tal-bniedem u għall-umanita in ġenerali. Għall-kuntrarju tħeġġeġ li wieħed ifittex il-kuntentizza fil-ħwejjeġ u l-postijiet zbaljati.
- Il-kuntentizza tas-saċerdot ħafna drabi jidher li ġejja mill-paċi interna li jaf jagħti biss Ġesu. Hu stess qalilna “Inħallilkom is-sliem, nagħtikom il-paċi tiegħi”. Dan kollu huwa riultat ta’ relazzjoni b’saħħitha tas-saċerdot m’Alla.
- Issostni r-relazzjoni tas-saċerdot ma’ Alla – li tagħti l-paċi ġewwiena – irrizulta li wkoll l-istess relazzjoni li s-saċerdot jibni mal-familji u mal-komunita…u finalment mal-individwi fil-missjoni saċerdotali tiegħu fid-dinja. Hawn tixxejjen l-impressjoni sekulari li s-saċerdot jgħix fis-solitudni.
- Dwar il-ħajja ċelebi li jgħix is-saċerdot, l-istudju jsib li 75% tas-saċerdoti intervistati jqisu ċ-ċelebat bħala aspett poittiv tal-vokazzjoni tagħhom. Dan il-persentaġġ għandu jzdied ‘il quddiem. Hija sfida. Teħtieġ livell profond ta’ spiritwalita.