Tag Archives: featured

Ġesù jifhem li l-midneb hu mitluf u jeħtieġ li jinstab – L-Arċisqof fi Brussell

Quddiesa fil-Parroċċa ta' St Patrick's il-Belġju. Għal din il-Quddiesa kienet mistiedna wkoll il-komunità Maltija fi Brussell.

  • Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
  • St Anthony’s Parish Church, Kraainem, Belgium
    15 September 2019

    I would like to offer some brief snippets on this extraordinary reading that Fr Patrick has proclaimed to us. It is chapter 15 from the Gospel of Luke and it is an extraordinary masterpiece of narrative and we have three stories…

  • Kompli aqra »

Il-kontribut imprezzabbli tal-anzjani – L-Isqof Awżiljarju f’Quddiesa għall-anzjani

Ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta' Jum l-Anzjani

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Bażilika Minuri ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta
    12 ta’ Settembru 2019


    “B’radd il-ħajr kantaw f’qalbkom innijiet lil Alla” (Kol 3:16). F’din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa tal-lum b’tant anzjani miġburin flimkien, nixtieq li l-ewwel nett nirringrazzja lil Alla ta’ kull wieħed u waħda minnkom u nurikom l-apprezzament tal-Knisja għall-kontribut li tajtu tul is-snin u għadkom tagħtu llum għall-ġid tas-soċjetà Maltija…

  • Kompli aqra »

Il-Vitorja tfisser ukoll li Alla ma jabbandunana qatt – L-Arċisqof fil-festa solenni ta’ Marija Bambina

Quddiesa fil-festa solenni tat-Twelid tal-Verġni Marija

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Kappella tat-Twelid tal-Verġni Marija fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu
    8 ta’ Settembru 2019

    Huwa ta’ ferħ kbir għalija nsellem lil kull min hawn preżenti, anke lil min qed isegwina f’din il-festa solenni. Jien nixtieq nibda propju minn dan il-post qaddis u antik li l-isqfijiet ta’ Malta kkonsagraw bħala waħda mill-ewwel knejjes wara li l-ġerarkija reġgħet ġiet stabbilita, wara l-perjodu Għarbi, reġa’ kellna isqof ta’ Malta u hawnhekk kien wieħed mill-ewwel postijiet ta’ kult kif tixhed ukoll il-lapida li għandna f’din il-kappella…

  • Kompli aqra »

Festa li tfakkarna fl-għeruq tagħna – L-Arċisqof f’lejlet Marija Bambina

Traslazzjoni tar-Relikwa u Pontifikal Statali fis-Solennità tat-Twelid tal-Verġni Marija

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Arċipretali tat-Twelid tal-Verġni Marija, il-Mellieħa
    7 ta’ Settembru 2019

    Ikollu xi ħadd minkom jistaqsini: ‘imma għaliex qegħdin nagħmlu din il-festa llum? X’inhu l-ħsieb profond li tfakkarna?’ Inħoss li risposta tajba, adegwata tista’ tkun propju l-aħħar frażi ta’ dan l-Evanġelju li qara d-djaknu minn San Mattew: “Ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimannu-El li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’.” (Mt 1:23)

    Il-poplu Malti dejjem, b’mod speċjali wara l-Assedju l-Kbir tal-1565 imbagħad b’mod speċjali meta bħal-lum fl-1943 il-flotta Taljana kkapitulat propju fil-Port il-Kbir tagħna, minn dejjem għaqqad din il-festa ma’ sinjal ċar li għalkemm il-Mulej fl-istorja, fin-narrattiva li tagħmilna dak li aħna u li tagħmilna poplu, għaddiena minn mumenti ta’ diffikultajiet mhux żgħar, imma Alla kien dejjem Alla magħna, mhux Alla mbiegħed.      

    Dawk il-familji kollha li fix-xelters fi żmien il-gwerra dinjija kienu mbeżżgħin, imregħdin, itturufnati jitolbu r-rużarju, ma kinux marbuta biss ma’ superstitizzjoni imma kienu marbuta ma’ fidi antika b’għeruq profondi li Alla huwa magħna, li ismu mhux biss Għimmanu-El imma Jeshua – Alla jsalva, Alla Salvatur…

  • Kompli aqra »

‘Il-Mulej jara l-umiltà tagħna, jigglorifikana hu’ – L-Arċisqof

Quddiesa ċelebrata fil-Knisja ta' San Pawl tal-Ħġejjeġ

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar
    1 ta’ Settembru 2019

    Ejjew nistaqsu lilna nfusna dalgħodu: il-Mulej xi jrid jgħallimna? Dak li għamel u qal waqt din l-ikla li għaliha kien mistieden. Kien mistieden għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu…

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Arċisqof-elett Antoine Camilleri

  • Il‑Konferenza Episkopali Maltija tifraħ lill‑Monsinjur Antoine Camilleri għall‑ħatra tiegħu mill‑Papa Franġisku bħala Arċisqof titulari ta’ Skálholt u Nunzju Appostoliku. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Mario Grech u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi, miġburin waqt laqgħa tal‑Konferenza Episkopali, laqgħu din l‑aħbar u wegħdu t‑talb tal‑Knisja f’Malta u Għawdex għal din il‑missjoni ġdida fdata lill‑Monsinjur Camilleri.  

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Settembru 2019

  • Il-Ħadd, 1 ta’ Settembru, fil‑11:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar.

    Is-Sibt, 7 ta’ Settembru, fis-6:00 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni tar-relikwa u wara jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa.

    Il‑Ħadd 8 ta’ Settembru, fl‑10:00 a.m., festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu…

  • Kompli aqra »

Knisja li tilqa’ lil kulħadd – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa waqt ċelebrazzjoni tal-Gruppi Familji Nsara

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi
    24 ta’ Awwissu 2019

    Nixtieq li llum ninkoraġġikom ħafna f’dil-missjoni li intom għandkom li tgħixu tassew bħala familji Nsara u li tmexxu ’l quddiem il-vokazzjoni ta’ familji Nsara.

    Ispirati mill-Kelma ta’ Alla, nixtieq insemmi tliet punti li niġborhom fi tliet kelmiet li huma l-messaġġ għalikom fil-ħajja u l-missjoni tagħkom…

  • Kompli aqra »