Tag Archives: featured

Adelaide Cini qatt ma kkundannat lil ħadd u dejjem kellha kelma ta’ ħniena – L-Arċisqof

100 sena mill-eżumatazzjoni u t-trasportazzjoni tal-fdalijiet ta’ Adelaide Cini għall-Istitut Cini, f'Santa Venera

  Il-Kappella tal-Qalb ta' Ġesù fl-Istitut Adelaide Cini, Santa Venera

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-Kappella tal-Qalb ta’ Ġesù fl-Istitut Adelaide Cini, Sta Venera
15 ta’ Ottubru 2019

Nirringrazzjakom ilkoll tal-preżenza sabiħa tagħkom. Illejla nixtieq nitlob lill-Mulej il-grazzja li dak li qegħdin nibdew iwasslu Hu għat-tmiem feliċi tiegħu. Nixtieq nirringrazzja ħafna lid-Dottoressa Giovanna Brizzi, li aċċettat li tkun postulatriċi għall-kawża tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tal-qaddejja t’Alla, il-Venerabbli Adelaide Cini… Kompli aqra »

Midjunin lejn is-Sorijiet Agostinjani – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-125 Anniversarju tal-preżenza tas-sorijiet Agostinjani f’Malta

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Sala tal-Iskola Santa Monika, Birkirkara
    13 ta’ Ottubru 2019

    Ġesù jfejjaq għaxart irġiel u wieħed minnhom jerġa’ jirritorna biex jgħidlu grazzi u Ġesù jurina kemm jieħu pjaċir b’din il-ħaġa. “Ma kien hemm ħadd minnkom li reġa’ lura jagħti glorja lil Alla ħlief dan il-barrani?” (Lq 17:18)…

  • Kompli aqra »

Restawrata l-pittura fl-apside tal-Katidral tal-Imdina

  • Tlesta x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq il‑pittura fl‑apside tal‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, li sar mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dan il‑proġett b’investiment ta’ €70,000 ġie inawgurat mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi.

    Il‑pittura li ġiet irrestawrata kienet ikkummissjonata lil Mattia Preti fl‑1688 u saret fuq il‑ħajt tal‑knisja l‑antika, jiġifieri dik li kien hemm qabel it‑terremot tal‑1693…

  • Kompli aqra »

Is-setgħa fuq ħaddieħor hi responsabbiltà – L-Arċisqof f’Jum l-Armata

Quddiesa għall-membri tal-Forzi Armati ta' Malta f’Jum l-Armata

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    2 ta’ Ottubru 2019

    L-ewwel żewġ lezzjonijiet jipprovdulna deskrizzjoni pjuttost dettaljata tal-armatura li kienet tintuża meta nkiteb il-Ktieb ta’ Samwel, fil-każ tal-Ewwel Qari, u meta nkitbet l-Ittra ta’ San Pawl lill-Efesin, qed ngħidu qisu 400 sena wara…

  • Kompli aqra »

L-imħallef irid jagħraf ukoll il-fraġilità tal-bniedem – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ftuħ tas-Sena Forensi 2019-2020

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Ottubru, 2019

    Persważ li għandi l-pjaċir u l-unur li nkun quddiem imħallfin, apparti l-Kap tal-Istat u l-Ministru tar-Repubblika, il-Ministru tal-Ġustizzja li mhux bħall-imħallef li jitkellem fuqu Ġesù, ma jimpurtah la minn Alla u lanqas minn ħadd…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Ottubru 2019

  • It-Tlieta, 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Jum l-Armata, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »

Il-Knisja tgħaddi propjetà tagħha lil Hospice Malta

Se jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-kumpless ta’ kura St Michael Hospice

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna għadda formalment il‑bini u l‑art tal‑knisja magħrufa bħala l‑Istitut Adelaide Cini f’Sta Venera liċ‑Chairperson ta’ Hospice Malta, Maria Gatt, biex jitwaqqaf St Michael’s Hospice, l‑ewwel kumpless state‑of‑the‑art li se jipprovdi kura paljattiva komprensiva.

    Iċ‑ċerimonja nżammet fil‑festa tal‑Arkanġlu San Mikiel, nhar il‑Ħadd 29 ta’ Settembru, fl‑istess bini li se jilqa’ l‑ewwel pazjenti fi żmien sentejn, wara li jkun sar ix‑xogħol meħtieġ ta’ rinovazzjoni…

  • Kompli aqra »

Ngħaddu x-xhieda ta’ Ġesù lil uliedna u lil ulied uliedna – L-Arċisqof fil-festa tal-Madonna tal-Mellieħa

Quddiesa, tberik ta’ artal ġdid u preżentazzjoni tat-trabi fil-festa tal-Madonna tal-Mellieħa

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Bitħa tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa
    22 ta’ Settembru 2019

    “Deher sinjal kbir fis-sema, mara liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha u b’kuruna ta’ 12-il kewkba fuq rasha” (Apok 12:1). Aħna mdorrijin nivveneraw u nqimu x-xbieha ta’ Marija u llum qegħdin nagħmlu l-festa tal-Madonna tal-Mellieħa, x’aktarx l-iżjed xbieha antika tal-Madonna li għad għandna fil-gżejjer tagħna…

  • Kompli aqra »

M’għandux ikun tabù li titkellem fuq il-ħajja li tibda mat-tnissil – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa ċelebrata fil-festa tal-Vitorja tal-Knisja ta’ Ħal Qormi

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi
    15 ta’ Settembru 2019

    Hu interessanti kif fis-silta tal-Evanġelju li għadna kif smajna, li hi s-silta li tiftaħ l-Evanġelju skont San Mattew bil-kelmiet Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, qalb il-ħafna ismijiet li smajna, il-kelma ‘nissel’ (jew ‘nisel’ jew ‘tnissil’) insibuha għal aktar minn 40 darba…

  • Kompli aqra »