Tag Archives: featured

Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju fil-jum internazzjonali li jfakkar il-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza minħabba r-reliġjon jew t-twemmin

L-Isqof Galea-Curmi waqt intervista fuq 103FM

  • Illum qed jiġi ċelebrat għall-ewwel darba l-jum internazzjonali li jfakkar il-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza minħabba r-reliġjon jew twemmin, wara li ġie rikonoxxut uffiċjalment waqt l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda f’Mejju li għadda.

    F’intervista fuq 103FM, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi tkellem dwar l-importanza ta’ din il-ġurnata biex tkabbar l-għarfien dwar il-qagħda ta’ dawk in-nies li huma ppersegwitati madwar id-dinja…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Joseph Galea-Curmi jżur il-festa ta’ Santa Elena f’Birkirkara

  • Waqt il-festa ta’ Santa Elena f’Birkirkara, l-Isqof Joseph Galea-Curmi ltaqa’ mal-parruċċani kif ukoll żar Circolo San Ġwakkin, fejn iltaqa’ ma’ grupp imdaqqas miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) ta’ Birkirkara. Wara ġie akkumpanjat mill-Kapitlu tal-Kolleġjata Elenjana fir-repożizzjoni tar-relikwa ta’ Santa Elena. Wara l-Isqof ta l-Barka Sagramentali fil-Bażilika ta’ Santa Elena.
    Ritratti: knisja.mt/ritratti
  •  Aktar ritratti >>

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Skopri s-sbuħija tat-talb fl-adorazzjoni

  • Pope Francis said Sunday that prayer in adoration of God and service to others spreads the fire of God’s love, changing the world one heart at a time.

    “I invite everyone to discover the beauty of the prayer of adoration and to exercise it often,” Pope Francis said.

    Adoration of God in prayer is necessary to allow the fire of love that Jesus brought to the earth to envelop our entire existence, the pope explained…

  • Kompli aqra »

Kewkba li tmexxina lejn il-Mulej – L-Isqof Awżiljarju f’lejlet il-festa ta’ Stella Maris

Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta' Stella Maris, f'Tas-Sliema

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris, Tas-Sliema
    17 ta’ Awwissu 2019

    ‘Stella Maris’ (Kewkba tal-Baħar) hu titlu antik lill-Madonna li maż-żmien infirex sew fid-devozzjoni lejha. Għalkemm fl-Evanġelju ma nsibu qatt lil Marija assoċjata mal-baħar jew mal-kwiekeb, dan it-titlu joqgħod tajjeb ħafna għal Marija meta nifhmu t-tifsira tiegħu, kif juruna tant qaddisin fl-istorja tal-Knisja…

  • Kompli aqra »

“It-tama tagħna hi li nintrefgħu minn dnubietna u li bħal Marija ngħaddu mill-mewt għall-ħajja” – L-Arċisqof fil-festa ta’ Santa Marija

Quddiesa fil-Bażilika Minuri tal-Mosta

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Bażilika Minuri ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

    15 ta’ Awwissu 2019

    Din is-sena ppermettuli naqsam magħkom ħsieb li f’dawn il-jiem qiegħed iberren f’moħħi u f’qalbi u nixtieq nisselfu biex niċċelebra magħkom b’sinifikat u b’sentiment profond l-Għid tal-Assunta.

    Meta nħares lejn il-gżejjer tagħna, lejn iż-żewġ djoċesijiet għeżież tagħna ta’ Malta u t’Għawdex, nifhem kemm missirijietna kellhom għal qalbhom din il-festa għażiża…

  • Kompli aqra »

Tibda ż-żjara f’Malta tal-Isqof Giovanni Cefai

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqgħu mal-Isqof Malti fil-Perù, Mons. Giovanni Cefai, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, mal-wasla tiegħu f’Malta dalgħodu. Din hi l-ewwel żjara tal-Isqof Cefai f’Malta minn meta fit-3 ta’ April li għadda l-Papa Franġisku ħatru Isqof tal-Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù. Waqt iż‑żjara tiegħu f’Malta, l‑Isqof Giovanni Cefai se jiċċelebra diversi quddies f’Malta…

  • Kompli aqra »

L-umiltà profonda ta’ San Gejtanu – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Ewwel Tridu fil-Festa ta’ San Gejtanu, fil-Ħamrun

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, il-Ħamrun
    7 ta’ Awwissu 2019

    “Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu” (Salm 39 (40), 5a). Waħda mill-affarijiet li timpressjonak meta taqra u tirrifletti fuq il-ħajja ta’ San Gejtanu, hija propju l-esperjenza, bxara ta’ bniedem li fost sfidi kbar madwaru u fih innifsu, għaraf li jqiegħed it-tama tiegħu fil-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Giovanni Cefai jżur Malta

  • Nhar il‑Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu 2019, jasal Malta mill‑Perù l‑Isqof Giovanni Cefai, l‑ewwel isqof Malti tas‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). Din hi l‑ewwel żjara tiegħu f’Malta minn meta fit‑3 ta’ April li għadda l‑Papa Franġisku ħatru Isqof tal‑Prelatura Territorjali l‑ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil‑Perù.

    Fil‑bidu taż‑żjara tiegħu f’Malta, is‑Sibt, 10 ta’ Awwissu fl‑10:00 a.m., l‑Isqof Cefai ser jiċċelebra Quddiesa quddiem l‑inkwatru tal‑Madonna ta’ Pompej li jinsab fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »