Tag Archives: .home-main

Valur imprezzabbli

Ta’ Cini Institute twaqqaf minn mara lajka, Adelaide Cini (1838 – 1885), li bdiet moviment missjunarju ġdid fost il-ħafna bniet abbandunati ta’ żmienha, mill-klassijiet il-fqar tas-soċjetà Maltija, u waqqfet konservatorju għall-bniet l-aktar fil-bżonn. L-azzjoni konkreta li ħadet wasslet ukoll biex tiġi ddikjaratha venerabbli mill-Papa Piju X fit-23 ta’ Frar 1910.

Il-Knisja f’Malta għaddiet il-bini li kien jospita dan l-istitut lil Hospice Malta sabiex jinbidel f’St Michael Hospice, ċentru modern għal kura paljattiva li se jkompli fil-passi ta’ dak li bdiet Adelaide Cini u jgħin lill-persuni li huma vulnerabbli u l-aktar fil-bżonn… Kompli aqra »

Il-ġid komuni u s-sitwazzjoni f’Malta

  • L-għada li l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għat-tqassim ġust u ekwu tal-ġid komuni u staqsa jekk il-ġid tas-soċjetà tagħna hux qed joħloq żbilanċ ekonomiku fil-pajjiż, ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li d-differenza bejn is-sinjur u l-fqir qiegħda dejjem tikber. 

    L-appell tal-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza, biex l-awtoritajiet jagħtu aktar kas lill-membri dgħajfa tas-soċjetà tagħna, huwa aktar urġenti meta wieħed jikkunsidra li skont l-NSO, il-persuni li fl-2016 kienu fir-riskju ta’ faqar laħħqu d-69,920…

  • Kompli aqra »