Centesimus Annus Pro Pontifice qed tistieden lill-pubbliku għal taħdita mmexxija mill-Professur Tonio Borg, bit-titlu: “Ecological Stewardship: Exploring the Environmental Wisdom of Pope Francis’ Encyclicals and Pope John Paul II’s Centesimus Annus.”  L-avveniment se jsir nhar il-Ħamis, 25 ta’ 2024, fis-6:30pm, fil-boardroom Lewis V. Farrugia, Trident House, fl-Imrieħel.

F’din t-taħdita, il-Prof. Tonio Borg se jitkellem fuq ir-riflessjonijiet li dawn il-mexxejja spiritwali jagħmlu dwar ir-responsabbiltà li aħna lkoll għandna għall-kura tal-ambjent ta’ madwarna.

Fl-enċikliċi tal-Papa Franġisku, speċjalment Laudato Si’, aħna mħeġġa nieħdu azzjoni msejsa fl-imħabba u r-reverenza lejn il-ħolqien kollu. Il-Papa jenfasizza l-importanza tar-rispett ambjentali kif ukoll il-ġustizzja soċjali, u jħeġġiġna nadottaw prattiċi sostenibbli għall-benefiċċju tal-pjaneta tagħna u tal-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Papa Ġwanni Pawlu fl-enċiklika tiegħu Centesimus Annus jenfasizza l-importanza li noħolqu bilanċ bejn il mod ta’ kif jiġi amministrat l-ambjent mal-iżvilupp soċjali u ekonomiku. Il-Papa jagħti importanza wkoll lill-għaqda u s-sussidjarjetà u r-rabta li dawn għandhom mal-kura ambjentali u s-sistemi soċjali, u jħeġġiġna nsibu soluzzjonijiet li jibbenefikaw kemm il-ġid komuni kif ukoll is-saħħa tal-pjaneta tagħna.

Dan l-avveniment huwa opportunità għal kull min hu interessat li jifhem aktar dwar ir-responsabbiltajiet spiritwali tagħna lejn l-ambjent u kif dawn jitwaħħdu ma’ kwistjonijiet soċjali u ekonomiċi usa’. Biex tipparteċipa f ’din id-diskussjoni, trid irreġistra billi tibgħat email lil [email protected].

Dwar il-Prof. Tonio Borg

Tonio Borg hu professur assoċjat tal-Liġi fl-Università ta’ Malta, għandu sfond estensiv fis-servizz pubbliku, fosthom rwoli bħala Kummissarju Ewropew, Deputat Prim Ministru, u Ministru tal-Kabinett. L-esperjenza rikka tiegħu u l-fehim profond tal-liġi u l-governanza jġibu perspettivi siewja għal din id-diskussjoni.