-
-
B’deċizjoni tal‑Arċisqof Charles J. Scicluna, waqt il‑Quddies kollu ċċelebrat għada, l‑1 ta’ Jannar 2017, Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum Dinji tal‑Paċi, ser isir talb speċjali għall‑paċi fis‑Sirja. L‑Insara Maltin qed jiġu mħeġġa jiftakru kontinwament fil‑poplu Sirjan u f’dawk kollha li huma vittmi tal‑vjolenza, tat‑terroriżmu u tal‑mibegħda f’diversi postijiet fid‑dinja.