-
Illum, 19 ta’ Marzu, fil-festa ta’ San Ġużepp, noffru din it-talba:
-
-
O San Ġużepp, bik u permezz tiegħek,
aħna nbierku lill-Mulej.
Huwa għażlek minn fost l-irġiel kollha
biex tkun ir-raġel kast ta’ Marija,
dak li qagħad fuq l-għatba tal-misteru
tal-maternità tagħha,
u li warajha laqa’ din il-maternità bil-fidi
bħala opra tal-Ispirtu s-Santu.Inti tajt lil Ġesù l-paternità legali mill-familja ta’ David.
Inti li ħarist bla heda u bl-akbar għożża
kemm lill-Omm kif ukoll lill-Iben
biex ħajjithom kienet dejjem fiż-żgur
u biex il-missjoni tagħhom setgħet titwettaq bla xkiel. -
-
-
Ġesù Salvatur ried jissottometti lilu nnifsu
lejk bħalma jagħmel kull tifel tul it-tfulija u
l-addoloxxenza tiegħu, u rċieva mingħandek
it-tagħlim tal-ħajja umana,
filwaqt li inti qsamt miegħu l-ħajja tiegħu
fl-adorazzjoni tal-misteru tiegħu.Inti issa qiegħed biswitu, u għaldaqstant nitolbuk biex
tkompli tipproteġi l-Knisja kollha,
il-familja li twieldet mis-salvazzjoni li ġabilna Ġesù.
Aħseb fil-bżonnijiet spiritwali u materjali ta’ dawk
kollha li jirrikorru għall-interċessjoni tiegħek.Ftakar fil-familji u b’mod partikolari fil-fqar:
bis-saħħa tiegħek huma żgur li jsibu ruħhom
taħt il-ħarsa ta’ Marija u f’idejn Ġesù
li jidħol għalihom.Ammen.