Il-Konferenza Episkopali Maltija bagħtet ittra lill-Vatikan indirizzata lill-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tas-Sanata Sede, sabiex jintervjeni mal-istati l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea u jitlobhom jappoġġjaw lil Malta billi jaċċettaw rilokament tal-migranti kollha abbord jew uħud minnhom.
Waħda mir-raġunijiet li ssemmiet kienet li l-pajjiż għadu kif daħħal 64 migrant minn fuq il-baħar bit-total għal din is-sena jitla’ għal 1,200 ruħ. Minkejja li matul is-snin sar rilokament ta’ migranti li jiddaħħlu f’Malta mill-baħar, xorta l-biċċa l-kbir jibqgħu f’pajjiżna.
L-ittra ġiet iffirmata minn Mons. Charles Jude Scicluna, Arċisqof ta’ Malta u President tal-Konferenza Episkopali Maltija; l-Isqof Mario Grech, l-Amministratur Appostoliku ta’ Għawdex; l-Isqof Awiljarju Joseph Galea-Curmi u Dun Jimmy Bonnici, is-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Maltija.
L-ittra mibgħuta l-Vatikan mill-Konferenza Episkopali Maltija