Il-Papa Benedittu XVI appella lill-Isqfijiet Ewropej sabiex izommu milli jeskludu l-Knisja mill-hajja kulturali u socjali, anke sakemm taghmel cara id-distinzjoni bejnha u bejn l-Istat. Il-Papa afferma dan f’messagg lill-Kardinal Peter Erdo, President tal-Kunsill tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Ewropej u l-Arcisqof ta’ Budapest fl-Ungerija.

Il-Kunsill zamm l-assemblea plenarja tieghu f’Parigi fil-jiem li ghaddew, u ddiskuta t-tema CHURCH-STATE RELATIONS 20 YEARS AFTER THE FALL OF THE BERLIN WALL.

Il-messagg iffukat allura dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Istat u l-Knisja ghoxrin sena wara l-waqgha tal-hajt ta’ Berlin, iffirmat mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone f’isem il-Papa, afferma li l-Knisja hi “fidila lejn il-missjoni tal-verita affavur s-socjeta li ddur mal-bniedem li ghandu dinjita u sejha”.  Zied li din il-fedelta hi garanzija tal-izvilupp uman integru, rimedju ghall-hafna nuqqas ta’ bilanc li qed issofri d-dinja tal-lum.

Fi kliem il-Papa f’dan il-messagg, “il-Knisja tixtieq li l-hajja ta’ individwi u popli tkun ispirata u animate mill-ispirtu ta’ mhabba”.

Temm jghid li dan l-ispirtu jikkontribwixxi ghall-binja tal-belt Qaddisa ta’ Alla li kull familja umana qed tivjagga lejha.