Il-fidi f’Alla hija mibnija fuq l-imħabba t’ Alla u tal-proxxmu. L-imħabba tal-proxxmu, b’mod prattiku tfisser il-preżenza t’Alla fil-fqar u l-batuti. Fil-programm ta’ din il-ġimgħa, ser nitkellmu dwar kif tista ssib lil Ġesu fil-faqar ta’ madwarna.
Mistoqsija li forsi jagħmel kull bniedem hi – Imma għaliex din it-tbatija kollha, tant faqar?… u iktar min hekk kif jista n-nisrani jagħraf lil wiċċ Ġesu f’dawn in-nies batuti?
Biex jirrispondu din il-mistoqsija fuq il-programm 4given, għandna lil Sr Monica Vella li ser taghtina l-esperjenza tagħha mas-sorijiet ta l-Ursolini, kif ukoll lil Dr. John Bonnici Mallia li ser iwasslilna t-tagħlim siwi bħal kull ġimgħa. Il-mistieden ta’ Ian Diacono ser ikun il Proffessur tax-xjenza Victor Axiaq li ser jispjegalna fuq ix-xjenza u l-fidi. Żifna mit-tim ta żeffiena tal-Komunita’ Marana’ Tha ukoll ser ikomplu iżejnu dan il-programm interessanti u informattiv ferm.
Dan kollu u ħafna aktar ser ikun ippreżentat fuq il-programm ta din il-ġimgħa fuq NET TV fit-8.30 p.m.