-
-
Mill-Ħamis, 3 ta’ Mejju sal-Ħadd, 6 ta’ Mejju, il-Maltin u l-Għawdxin u kif ukoll it-turisti, jistgħu jżuru l-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta waqt il-Valletta Green Festival, organizzat mill-Fundazzjoni Valletta 2018.
Il-viżitaturi ser ikollhom l-opportunità jżuru l-parti ta’ taħt l-art tal-Palazz u jammiraw il-ġnien pittoresk tiegħu, bil-funtana tiegħu tmur lura għas-seklu 17. Dan hu l-uniku ġnien residenzjali tad-daqs tiegħu fil-qalba tal-Belt. L-għerien ta’ taħt l-art fihom ilma ġieri li ilu għaddej minn qabel ma nbniet il-Belt Valletta u għadu jiġri sal-lum. Iċ-ċisterni, flimkien mal-ġnien tal-Palazz tal-Arċisqof, se jkunu miftuħin bejn id-9am u nofsinhar u bejn l-4pm u s-7pm.
Id-dħul għall-Palazz tal-Arċisqof hu bla ħlas.
Għal iktar informazzjoni dwar il-programm tal-Valletta Green Festival żur is-sit valletta2018.org.
-
-
-