Ara siltiet mill-Assemblea Djoċesana

Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ppresieda t-tieni sessjoni tal-Assemblea Djoċesana 2019.

Wara li fl-ewwel sessjoni ġie ppreżentat il-working document tal-Pjan Pastorali bit-tema ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’, fil-bidu tat-tieni sessjoni saru tmien preżentazzjonijiet mir-rapporteurs tal-working groups dwar dak li ġie diskuss minn dawk preżenti għall-Assemblea.

Fit-tieni sessjoni wkoll, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi spjega t-triq ‘il quddiem u qal li, wara li jiġu evalwati r-reazzjonijiet li ngħataw bħala parti mill-proċess ta’ dixxerniment ekkleżjali, il-Pjan Pastorali għas-snin 2020-2023 ser jiġi ppublikat f’Jannar. L-Isqof qal ukoll li kull min jixtieq jgħaddi r-reazzjonijiet tiegħu għall-Pjan Pastorali jista’ jagħmel dan ukoll permezz tal-email [email protected].

L-Assemblea Djoċesana ntemmet bil-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna li ħeġġeġ biex jitkompla dan il-vjaġġ ta’ dixxerniment flimkien bħala Knisja waħda. L-Arċisqof talab lil Alla sabiex bl-interċessjoni tal-qaddisin niġġeddu bl-ispirtu tal-Mulej, bla waqfien, biex nsiru xbieha sabiħa ta’ Kristu u hekk inkunu nistgħu nwasslu l-ħarsa tiegħu lid-dinja.

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti