l-Knisja Kattolika għada tiċċelebra l-ikbar festa tagħha; dik tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet, u permezz t’hekk, ir-rebħa fuq il-mewt u d-dnub. Bi tħejjija għal din il-festa, IL-ĠENSillum online tkellmet ma’ Fr Hector Scerri, Kap tad-Dipartiment tat-Teoloġija Fundamentali u Dogmatika fil-Fakultà tat-Teoloġija dwar is-sinjifikat ta’ din il-festa llum.
San Pawl jgħid li mingħajr riżurrezzjoni, il-fidi tagħna tkun fiergħa. Kif din tista’ tagħmel sens għan-nisrani fil-ħajja ta’ llum?
Il-qawwa tal-qawmien tal-Mulej Ġesù minn bejn l-imwiet hija l-pedament tal-fidi Nisranija. Kieku ma kienx hemm il-qawmien, ma kienx jagħmel sens nitkellmu dwar il-Knisja. Kieku ma kienx hemm il-qawmien, ma jagħmilx sens nitkellmu dwar is-sagramenti jew dwar l-evanġelizzazzjoni.
Kif ifakkarna l-Papa Benedittu XVI, fl-aħħar ktieb tiegħu dwar Ġesù ta’ Nażaret intitolat ‘Il-Ġimgħa Mqaddsa’, fil-kapitlu disgħa, il-qawmien hija dik il-ġrajja straordinarja li tagħmel id-differenza kollha. Jgħid li qisha ‘qabża evoluzzjonarja’ (an evolutionary leap).
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com