Pope Benedict XVI

Il-Papa jwissi kontra l-ostilita tal-fidi u l-istorja reliġjuża. Dan mal-kultura ta’ indifferenza konsegwenza tas-sekulariżmu.

Il-qofol ta’ laqgħa li saret riċentament bejn il-Papa Benedittu XVI u l-Ambaxxatur minn Spanja kienet id-determinazzjoni tal-Knisja li tibqa’ tiġġieled għall-ħajja umana u l-integrità taż-żwieġ u l-familja.

Il-messaġġ f’din il-laqgħa kien ċar – li l-Knisja trid tibqa’ taħdem kontra ‘l-kultura tal-mewt’ – fenomenu insijduż tas-soċjetà preżenti. Fost oħrajn, tema oħra li ġiet diskussa kienet l-importanza tal-libertà reliġjuża, fejn il-Papa qal li l-Knisja għandha d-dritt li titkellem fuq temi ta’ moralità.

Il-Papa qal lil Maria Jesus Figa Lopez-Palop – l-ewwel mara li qed isservi bħala ambaxxatur Spanjol fil-Vatikan – li hija u sseħħ il-missjoni tagħha, il-Knisja tfittex il-ġid ta’ kull nazzjon u l-popli, filwaqt li tirrispetta l-awtonomija tal-awtoritajiet ċivili.

Il-Papa laqa’ l-ambaxxatur il-ġdid u qed iħares bil-ħerqa għaż-żjara tiegħu li jmiss fi Spanja għal-World Youth Day, fejn kompla jirringrazzja lill-Gvern Spanjol għall-għajnuna għat-tisħiħ ta’ din iċ-ċelebrazzjoni.