Il-Papa Benedittu XVI ħatar tliet membri ġodda fi ħdan il-Kongregazzjoni għall-kawżi tal-qaddisin. Komunikat tal-Vatikan ħabbar li l-Arċisqof Fortunato Baldelli, ta’ 74 sena, li għall-aħħar 12-il xahar serva fil-Penitenzjarju Appostoliku, kien nominat għal din il-kongregazzjoni.

Tħabbar ukoll li l-Arċisqof Raymond Leo Burke, ta’ 62 sena, Prefett tat-Tribunal Suprem tal-Firmatarju Appostoliku, inħatar ukoll fid-Dekasteru.

It-tielet prelat nominat għal din il-Kongregazzjoni huwa l-Isqof Antoni Stankiewicz, ta’ 74 sena li huwa wkoll Prefett tat-Tribunal tar-Romano Rota.

VATICAN CITY, (Zenit.org)