L-Istat ta’ Benin ħa pass biex sar is-sbatax-il Stat Afrikan li neħħa l-piena tal-mewt. Dan ftit xhur biss qabel iż-żjara li l-Papa Benedittu XVI se jkun qed jagħmel f’dal-pajjiż f’Novembru li ġej.
Nhar id-19 ta’ Awwissu, l-assemblea nazzjonali ta’ Benin ivvutat biex tingħaqad fil-protokoll internazzjonali li jsejjaħ sabiex titneħħa l-piena kapitali. Bir-ratifikazzjoni tal-President, Benin huwa l-74 Stat li ngħaqad fil-ftehim.
Il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jagħmel żjara ta’ tliet ijiem f’nofs Novembru għall-150 anniversarju tal-evanġelizzazzjoni tal-pajjiż u sabiex jagħti l-eżortazzjoni appostolikamis-Sinodu tal-Afrika tal-2009.