Matul dan ix-xahar ta’ Awwissu, il-Papa Benedittu XVI qed jitlob għaż-żgħażagħ u għaż-żelu appostoliku tagħhom fil-proklamazzjoni ta’ Ġesu Kristu u l-messaġġ tiegħu.
L-Appostolatura tat-Talb tal-Papa, bħal kull xahar ħabbret l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tal-Papa, f’dal-każ tul Awwissu.
Matul dax-xahar, l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa hi biex iż-żgħażagħ imsejħa lkoll biex jimxu wara Ġesu, ikunu jistgħu jipproklamaw u jagħtu xiehda tal-Vanġelu sa truf l-art kollha.
L-intenzjoni ġenerali hi ffukata fuq il-priġunieri, bil-Kap tal-Knisja Kattolika jitlob sabiex dawn ikunu trattati b’ġustizzja u jingħataw ir-rispett dovut lejn id-dinjita umana tagħhom.