• ***

    Diretturi: Toby Genkel u Sean McCormack

    Ilħna: Callam Maloney,  Alan Stanford, Carla Becker, Ava Connolly, Lotta Doll, Tina Echmann, Patrick FitzSymore, Tara Flyn u  Robert Kotulla

    Ħin tal-Film: 87 min

    Klassifika taċ-Ċensura: U

    Klassifika tal-Knisja: U

    Hekk kif ikun hemm twissija li f’qasir żmien sejjer ikun hemm għargħar, b’riżultat ta’ diżastru katastrofiku u anke t-tmiem ta’ ħafna kreaturi, l-annimali bdew jaħsbu li jivvjaġaw lejn Arka li nbniet apposta biex tevvita l-qerda ta’ tant speċi. L-annimali jinsabu fi kju jistennew li jmiss il-ħin meta għandhom jitilgħu fuq l-Arka. Fost dawn insibu ljuni,  ljunfanti, xadini, gorillas, ħippos u tant oħrajn. Sfortunatament,  nestrians ma kienux fuq il-lista. Fosthom insibu lil Finny u lil missieru, Dave. Iżda dawn ma jaqtgħux qalbhom għaliex b’ xi mod jew ieħor u b’xorti tajba jsibu ruħhom ġewwa l-Arka billi libsu gakketta u għamluha ta’ Grymps. Fuq abbord, Finny u Dave malajr jagħmlu  ħbieb ma’ Hazel u t-tifla tagħha Leah. Sfortunatament   Finny u  Leah, isibu ruħhom barra l-Arka hekk kif ftit wara beda l-maltemp u l-Arka tibda l-vjaġġ tagħha mingħajr Finny u Leah. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien,  iktar beda jirrealizaw il-ħtieġa li ssibu post iktar fil-għoli.  Dave u Hazel meta jintebħu li Finny u Leah ma kienux fuq l-Arka, għal bidu jippanikjaw iżda malajr jintebħu li kellhom jagħmlu xi ħaġa biex isalvaw lil Finny u lil Leah. Sadanittant x’jiġri minn Finny u Leah? Tgħid jirnexxielhom Dave u Hazel jagħmlu xi ħaġa?

    Film għat-tfal, animat, kummiedja, bi storja sempliċi  li żgur għandu jogħġob kemm lit-tfal u anke lill-kbar. Fih messaġġ pożittiv fuq il-bżonn li wieħed jaħdem flimkien bħala tim, barra wkoll li jkollhom jiġu wiċċ imbwiċċ ma’ elementi li ma kienux mdorrija  jgħixu fihom hekk kif isibu ruħhom f’duluvju barra wkoll li ma baqgħux mal-ġenituri tagħhom.