Bit-tema “Il-bini ta’ Ewropa ta’ ċittadini” : illum u għada, Jerzy Buzek, President tal-Parlament Ewropew u Per Westerberg, fit-tmexxija tal-Assemblea Svediża, se jkunu qed jippresiedu laqgħa ta’ Membri Parlamentari nazzjonali u Ewropej tas-27 stat membru, b’iffukar fuq il-programm ta’ Stokkolma 2010-2014.
“Il-Promozzjoni ta’ Ewropa ta’ drittijiet u valuri” hu l-ewwel punt fuq l-aġenda tad-diskussjoni. Diskussjonijiet oħra se jsiru fuq is-sigurta u l-protezzjoni taċ-ċittadini. Kelliema mistiedna jinkludu lil Juan Fernando Lopez Aguilar, President tal-Kummissjoni tal-Libertajiet Ċivili fi ħdan il-Parlament Ewropew, Thomas Bodstrom, id-direttur tal-Kummissjoni tal-Ġustizzja fi ħdan il-Parlament Svediż, Beatrice Ask, Ministru Svediża u Jacques Barrot, deputat President tal-Kummissjoni Ewropea.
Fit-tali jiem, Stokkolma żżomm it-tielet “Equality Summit”, organizzat mill-Eżekuttiv tal-UE u l-presidenza attwali tal-UE.
Il-promuturi jispjegaw li hi ġrajja mnebbħa mil-laqgħat ta’ Berlin u Pariġi fl-2008, maħsuba għall-promozzjoni tad-djalogu u l-iskambju ta’ ideat u esperjenzi dwar il-protezzjoni tad-drittijiet, l-ugwaljanzi u d-differenzi” fl-Ewropa.