Bi preparazzjoni għas-solennità ta’ Pentekoste, li fiha niċċelebraw meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq il-Knisja, se tingħad il-Via Lucis li hi talba tradizzjoni ta’ żmien l-Għid, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, Birkirkara nhar is-Sibt 20 ta’ Mejju fit-8pm.
Kulħadd mistieden jattendi u jikkontempla l-14-il Stazzjoni tad-Dawl. Kull passaġġ mill-Bibbja se jingħad b’14-il lingwa differenti biex infakkru li, għalkemm differenti, aħna kollha l-istess fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
Għal iktar tagħrif ibgħat fuq: [email protected]