• Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Ġunju 2014, f’Dar San Ġużepp, saret l-attività tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) ‘Volunteer Send-Off’, li għaliha attendew żgħażagħ li ser jagħmlu esperjenza ta’ volontarjat matul is-sajf. Fil-messaġġ tiegħu waqt din l-attività, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna qal li l-volontarjat mhuwiex biss pellegrinaġġ lejn art barranija u kultura differenti, iżda wkoll vjaġġ tar-ruħ fejn wieħed jiskopri l-ferħ spiritwali veru.

    Din is-sena, ‘il fuq minn 500 voluntier minn 27 organiżżazzjoni differenti ser ikunu qed iwettqu proġetti ta’ volontarjat f’aktar minn 30 belt madwar id-dinja, mifruxa f’erba’ kontinenti. Il-voluntiera jerġgħu jiltaqgħu wara l-esperjenzi tagħhom, fis-26 ta’ Settembru.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com