Liġi ġdida tal-familja fis-Slovenja li kellha l-ħsieb li tippermetti koppji tal-istess sess jaddottaw tfal f’ċirkostanzi partikolari, kienet irrifjutata permezz ta’ vot b’saħħtu f’referendum li sar fil-pajjiż.
Il-ġimgħa li għaddiet, l-Isqfijiet Kattoliċi tas-Slovenja, ingħaqdu mal-mexxejja Ortodossi u Musulmani f’appell liċ-ċittadini Sloveni imsejħa biex jivvutaw fir-referendum nazzjonali, sabiex jivvutaw kontra l-liġi.
Ir-riżultat tar-referendum ,fejn il-maġġoranza assoluta vvutat kontra l-liġi, jorbot u jżomm milli l-liġi proposta tkun infurzata.