L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija se tiċċelebra s-67 sena mit-twaqqif tagħha nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru b’quddiesa ċċelebrata fil-knisja ta’ Santa Katerina tal-Italja l-Belt Valletta fis-6.30pm, u wara, diskussjoni fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fis-7.30pm.

Din id-diskussjoni ġġib it-titlu ta’: “We don’t need no religion. Għalfejn ħafna nies illum jemmnu f’Alla mingħajr bżonn ta’ reliġjon” u se tkun immexxija minn Peppi Azzopardi waqt li l-kelliema se jkunu Ranier Fsadni, Fr Mark Sultana u Jason Copperstone. Minħabba li l-postijiet huma limitati, dawk li huma interessati jattendu għandhom jibagħtu email fuq mailto:[email protected].