La Salle Malta nediet website ġdida bil-għan li tagħti informazzjoni dettaljata dwar il-ħidma tan-netwerk Lasalljan f’Malta waqt li jingħaqad man-netwerk usa’ Lasalljan madwar id-dinja.

La Salle Malta hi n-netwerk tal-Kulleġġi Lasalljani f’Malta, il-Kulleġġ De La Salle u l-Kulleġġ Stella Maris. Dawn iż-żewġ kulleġġi jinkorporaw sitt skejjel li jservu studenti li jsegwu l-edukazzjoni fil-livell primarju u sekondarju sal-livell post-sekondarju tas-Sixth form. Aktar minn 400 edukatur jaħdmu fil-kulleġġi li jaqdu aktar minn 2,400 student. In-network jinkorpora wkoll iċ-Ċentru Pastorali Lasalljan fil-Mellieħa.

Il-website tagħti prominenza lill-ħidma edukattiva qawwija li qed issir f’dawn is-sitt skejjel, b’sezzjoni dedikata għal kull waħda mill-iskejjel Lasalljani. Il-websajt tagħti informazzjoni dettaljata dwar kull skola, il-kurrikulu li qed jiġi offrut u l-attivitajiet li qed jiġu organizzati. Il-websajt se tkun aġġornata wkoll b’informazzjoni dwar avvenimenti u attivitajiet riċenti organizzati minn kull skola.