Matul ix‑xahar ta’ Lulju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Il‑Ħadd fid‑9:30am tiġi ċċelebrata Quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑Quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ġimgħa 3 ta’ Lulju, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju ta’ Monsinjur Arthur Said Pullicino, fil‑Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema.

It‑Tnejn 6 ta’ Lulju, fis‑7:15pm, Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑iskola St Michael Foundation, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Il‑Ġimgħa 10 ta’ Lulju, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fl‑okkażjoni ta’ Jum il‑Pulizija. Din il‑Quddiesa se tixxandar fuq TVM2 u Knisja.mt.

Il‑Ħadd 12 ta’ Lulju, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Ġużepp, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Leonardu, Ħal Kirkop. Wara fis-6:30pm l-Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Appostlu San Bartilmew, Ħal Għargħur.

It‑Tnejn 13 ta’ Lulju, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑80 sena mill‑Adorazzjoni Perpetwa, fil‑Knisja tal‑Ispirtu s‑Santu, iż‑Żejtun.

Il‑Ħamis 16 ta’ Lulju, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta.

Is‑Sibt 18 ta’ Lulju, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja ta’ Santa Marija tal‑Anġli, Baħar iċ‑Ċagħaq.

Il‑Ħadd 19 ta’ Lulju, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Appostlu San Bartilmew, Ħal Għargħur.

Is‑Sibt 25 ta’ Lulju, fis‑7:30pm, Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Balluta.

Il‑Ħadd 26 ta’ Lulju, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑festa ta’ Kristu Re, fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Fil‑Quddiesa l‑Arċisqof jaqra d‑digriet uffiċjali tal‑Papa li jeleva din il‑knisja għal Bażilika Minuri.

Il-Ħamis 30 ta’ Lulju, fid-9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla għall-ħidma tal-frontliners fil-qasam tas-saħħa waqt il-pandemija tal-COVID-19, fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Din il‑Quddiesa se tixxandar fuq TVM2 u Knisja.mt.