Banking on Virtue?

Dan huwa sunt tad-diskora ta’ Robert Keen, fl-attivita’ organizzata mid-DISCERN: ‘Gaudium et Spes Lecture 2009′, nhar il-Ħamis 19 ta’ Novembru, 2009.

Is-socjetajiet tal-Punent, ikkaratterizzati minn normi morali liberali u progressivi, b’mod persistenti qeghdin jaffaccjaw sfidi kkonfrontati minn prattici etici finanzjarji. Bla dubju, illum it-test tal-gvernijiet, l-awtoritajiet u l-organizazzjonijiet fil-komunita` tan-negozju huwa li jfittxu bilanc funzjonabbli bejn dik li hija meqjus bhala remunerazzjoni ‘ragonevoli’ u dik ‘eccessiva’. Fir-realta`, l-integrazzjoni tat-taghlim etiku imsejjes fuq il-Kristjanezmu huwa wiehed utilitarju / ibbazzat fuq regoli etici komuni applikati biex jamministraw l-imgieba finanzjarja u tan-negozju, li hija kritika kemm ghall-kapacita` ta’ l-industrija bankarja sabiex tirkupra l-fiducja pubblika u l-kapacita` li terga’ tqajjem stabbilita` operazzjonali. Ta’ min jinnota li fl-Enciklika Caritas in Veritate il-Papa Benedittu XVI fakkarna li “..il-knisja dejjem zammet li azzjoni ekonomika fiha nfisha mhix xi haga li tmur kontra s-socjeta`. Mhux dan l-instrument li ghandu jigi indirizzat izda l-individwi, il-kuxjenzi morali taghhom u responsabilitajiet personali u socjali taghhom”. Robert Keen qal li din l-osservazzjoni ghandha origini soda fl-Iskrittura fejn din ir-relevanza tista’ tigi applikata ghal kull zmien. Keen spjega kif il-krizi finanzjarja kurrenti holqot dikotomija perikoluza. Precizament fil-mument ta’ pressjoni u kontingenza, imbuttati mill-attribwiti imnaqqxa minn dik l-hekk imsejha ‘credit crunch’, il-gudizzju finanzjarju manigerjali gie affaccjat minn sfidi etici ta’ skala u komplessita` mhux tas-soltu. Li din id-dikotemija tigi rizoluta mhix xi haga semplici u l-anqas li tista’ issir malajr. Fix-xenarju li ghandna quddiemna, Keen isostni li barra il-bzonn tas-settur bankarju li jesigi aktar regoli stretti, hemm zewg fatturi ohra li qed jakkwistaw pozizzjoni sinifikattiva. L-ewwel hija t-tfittxija urgenti ghall-accertazzjoni morali u materjali fil-process ta’ decizjonijet manigerjali, it-tieni hija r-rikonoxxenza li din it-tfittxija tista’ tfalli milli ssib sfog fir-regoli u l-mudelli pprovudti minn instrumenti konvenzjonali u prattici etici utilaterali. Keen ikkonkluda li idejalment l-management jakkwista gharfien u tahrig sabiex fil-komunita` bankarja ikun jista’ jipprattika rwol funzjonabbli tal-valuri etici.