Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa li fiha żewġ seminaristi ser jitolbu lill-Knisja biex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djaknonat u tal-Presbiterat. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Parroċċa ta’ Marija Assunta, Ħal Għaxaq, fis-6.30 p.m.

Iż-żewġ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Luke Cutajar mill-Parroċċa San Pawl, ir-Rabat, u Brian Gialanzè mill-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa.

Dakinhar, iż-żewġ seminaristi ser jistqarru pubblikament li ser joffru lilhom infushom lill-Knisja biex aktar ‘il quddiem ikunu jistgħu jservu fis-Saċerdozju Ministerjali permezz tas-Sagrament tal-Ordni Sagri. L-Arċisqof, f’isem il-Knisja, ser ikun qed jilqa’ bil-ferħ l-offerta tagħhom u ser ikun qed jitlob lil dawn il-kandidati biex matul is-sentejn li ġejjin ikomplu jħejju lilhom infushom bi preparazzjoni għall-Ordni Sagri.

Il-komunità nisranija hi mitluba żżomm f’talbha lil dawn iż-żewġ kandidati.