Nhar il-Ħadd, 20 ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ta bidu għall-viżta pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Preca fis-Swatar. L-Arċisqof ġie milqugħ mill-Kappillan, Dun Gordon Refalo, u mbagħad saret ċeremonja qasira iżda simbolika li matulha l-Arċisqof ingħata merħba kbira. Wara sar talb sabiex joħroġ ħafna ġid mill-viżta pastorali. L-Arċisqof imbagħad spjega x’inhu l-iskop ta’ din il-vizta tiegħu fil-Parroċċi. Huwa qal li ġie fis-Swatar bħala ragħaj li jħobb il-merħla tiegħu, biex iħeġġeġ lill-Insara kollha, u biex ifittex dawk li telqu mill-merħla sabiex jerggħu isiru parti minnha. Wara din iċ-ċeremonja, l-Arċisqof flimkien mas-saċerdoti tal-Parroċċa, iċċelebra Quddiesa li għaliha kien preżenti il-Kumitat Amministrattiv tas-Swatar, lajċi impenjati u numru kbir ta’ parruċċani. Meta spiċċat il-Quddiesa, in-nies preżenti kellhom l-opportunita’ isellmu b’mod personali lill-Arċisqof. Fl-aħħar, l-Arċisqof flimkien mal-Kappillan kellhom laqgħa mal-Kumitat Amministrattiv tas-Swatar.
AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]