Is-Sibt, 7 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali fiż-Żejtun. Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof spjega kif kollox jibda mill-imħabba t’Alla għal bniedem, u li permezz tal-Knisja nistgħu nifhmu din l-imħabba u insiru nafu lil Kristu. L-Arċisqof qal li bl-istess mod li rċevejna dan il-wirt, huwa dmir tagħna bħala knisja li ngħixu u nħabbru din l-aħbar tal-imħabba t’Alla. Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof ltaqa’ mas-soċjeta ċivili. Is-Sindku taż-Żejtun, Joe Attard, ta merħba lill-Arċisqof f’din il-lokalita’, filwaqt li s-Supretendent tal-Pulizija Ray Vella Gregory wera l-apprezzament tiegħu għal kolaborazzjoni li l-Pulizija fil-lokal issib mill-knisja.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.