• It-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ lill-Kummissjarju l-ġdida għar-Refuġjati għal Malta Dr Martine Cassar, għal żjara ta’ korteżija fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Għall-laqgħa kordjali kien preżenti wkoll Mons. Alfred Vella, id-Direttur tal-Kummissjoni Emigranti.  

    Dr Martine Cassar ġiet appuntata bħala l-Kummissjarju l-ġdida għar-Refuġjati aktar kmieni dan ix-xahar. F’dawn l-aħħar sentejn, Dr Cassar mexxiet l-uffiċċju ta’ Organizzazzjoni Internazzjonali bbażata f’Malta.

    Għal dawn l-aħħar ħames snin, hija kienet attiva fil-qasam tal-migrazzjoni, il-liġi tar-refuġjati, u t-traffikar tal-bniedem.

    L-Uffiċċju tal-Kummisarjat tar-Refuġjati, immexxi mill-Kummissarju għar-Refuġjati, huwa responsabbli li jilqa’ l-proċessi u jiddetermina l-applikazzjoijiet għall-protezzjoni internazzjonali f’Malta, kif stipulata mill-Att tar-Refuġjati.

    Ritratt: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja