It-Tnejn
8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-ftuħ tal-Kapitlu Ġenerali tas-Soċjeta’ tal-MUSEUM fid-Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera.
It-Tlieta
L-Erbgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jmexxi l-Purċissjoni ta’ San Girgor, iż-Żejtun.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il-100 sena mit-twelid ta’
Sr Annunziata Cortis, f’Ħal Balzan.
Il-Ħamis
6.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-65 sena anniversarju tal-inkurunazzjoni tal-Madonna tas-Saħħa fir-Rabat.
Il-Ġimgħa
9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-parteċipanti tal-Maratona tar-Roti tal-Lyceum tal-Ħamrun, fil-Kurja.
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan ta’ Ħal Kirkop, Dun Noel Camilleri, bi tħejjija għall-Vista Pastorali f’Ħal Kirkop, fil-Kurja.
11.30 a.m. Il-W.R. John Grennan, Ġeneral tal-OCD (Ordni tal-Karmelitani Skalzi) jagħmel żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof, fil-Kurja.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.
Is-Sibt
9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-Ftuħ tal-Parlament, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
4.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il-mitt sena mit-twelid tal-Kan. Dun George Sciriha, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.
6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Laqgħa Ġenerali tal-Moviment ta’ Kana, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), f’ Birkirkara.
Ħadd
8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħal Kirkop, u wara jiltaqa’ man-nies.
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Soċjeta’ Ċivili, f’Ħal Kirkop.