It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof iżur is-Sorijiet tal-Karita f’Birzebbugia, bħala parti miż-żjara pastorali.

5.15 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Katekezi tal-Qajjenza f’Birzebbugia.

6.15 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien f’Birzebbugia.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ Birzebbugia.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-seminarju f’tal-Virtu’.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ l-istudenti Għawdxin li jattendu l-Universita’, fil-Kappella tal-Universita’.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ma’ studenti minn diversi skejjel fl-okkażjoni tal-Milied, fil-KonKattidral ta’ San Ġwann.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq Radju Marija.

5.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’intervista għall-programm Uċuħ fuq Net TV, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kumitat tal-Moviment Kattoliku Studenti Universitarji u l-Għaqda Studenti tat-Teologija, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

Il-Ħamis

1.00 p.m. L-Arċisqof mistieden għall-pranzu tal-Milied f’Dar Saura, Rabat.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jikxef statwa ta’ San Ġorġ Preca, fil-Knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu.

Il-Ġimgħa

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal djalogu mar-residenti ta’ San Blass, f’attivita’ organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-delegati fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-Awguri lill-poplu Malti, flimkien ma’ mexxejja oħra tal-Pajjiz, fil-bitħa tal-Palazz tal-President tar-Repubblika.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-Quddiesa ċċelebrata mill-Papas il-ġdid, Mons. George Mifsud Montanaro, fil-Knisja ta’ Marija Damaxxena, il-Belt.

11.00 a.m. L-Arċisqof jattendi festin għat-tfal organizzat minn Radju RTK.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-bidu tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’ Marija.