It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom  għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtu.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq Radju RTK.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Mellieħa dwar iż-Żjara Pastorali.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet taż-Żejtun dwar iż-Żjara Pastorali li saret fil-Paroċċa tiegħu, fil-Kurja.

10.30 a.m. L-Arċisqof jattendi għat-tnedija ta’ programm tal-Aġenzija Caritas dwar il-faqar u dwar dawk li huma soċjalement esklużi, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Caritas.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finazjarju Djoċesan fil-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-BOV Opera Festival, fit-Teatru Manoel.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi nofs ta’ nhar irtir flimkien mal-Kapitlu Metropolitan fil-Kunvent ta’ St. Joseph, Rabat.

8.30 p.m. L-Arċisqof jattendi party organizzat mill-Malta International Airport.

Il-Ġimgħa

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa  fil-Knisja ta’ Loretu, G’mangia, u wara jikxef monument ta’ Mons. Isidor Formosa, fundatur tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Ursolini.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mad-Delegazzjoni Serra International, fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Kunsill Pastorali Djoċesan, fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-anniversarju mill-mewt ta’ l-Arċisqof Romero, fil-Knijsa tal-Balluta.

Il-Ħadd

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għal-Lejla Mużiko-Letterarja Sagra organizzata mit-Talent Mosti fir-Razzett tal-Markiż, Mosta.